Malta tirreġistra żieda ta’ 6.3% fil-bejgħ fost il-ħwienet

Malta, flimkien mal-Irlanda u l-Ungerija, kienu  it-tliet l-aktar pajjiżi li esperjenzaw tkabbir fil-kummerċ bl-imnut

Il-volum totali tal-kummerċ bl-imnut (retail) żdied b’6.3% f’Malta tul is-sena 2017. Dan skont ċifri mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-statistika tal-Unjoni Ewropea. Skont ir-rapport, Malta, flimkien mal-Irlanda u l-Ungerija, kienu t-tielet l-aktar pajjiżi li esperjenzaw tkabbir fil-kummerċ bl-imnut, dan wara ir-Rumanija li kisbet żieda ta’ 12.6% u l-Polonja 7.1%.

Intant skont l-istess statistika,  f’Settembru li għadda il-volum tal-bejgħ bl-imnut żdied b'0.8% fiż-żona tal-ewro u 0.2% fiż-żona tal-UE28. Apparti minn hekk, f’Ottubru 2017 meta imqabbel ma' Settembru 2017, il-volum aġġustat staġjonalment tal-kummerċ bl-imnut naqas b'1.1% fiż-żona tal-euro EA19 u b'0.5% fl-UE28,.

Iż-żona tal-euro EA19 tinkludi Belġju, Ġermanja, Estonja, Irlanda, Greċja, Spanja, Franza, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Malta, Olanda, Awstrija, Portugall, Slovenja, Slovakkja u Finlandja.

Filwaqt li żona UE28  tinkludi l-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Polonja, Portugall, Rumanija, Slovenja, Slovakkja, Finlandja, Svezja u r-Renju Unit.

More in Kronaka