Belti ta’ 66 sena sofra ġrieħi gravi wara li nqaleb bis-siġġu tar-roti.
L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq Sant’Andrija f’San Ġiljan għall-ħabta tal-9.45 ta’ filgħaxija meta ssejħet għall-assistenza tal-Pulizija.
L-anzjan kien mal-art u kien qed jingħata l-ewwel għajnuna minn persuni oħra li kienu fuq il-post.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura minn tim mediku permezz ta’ ambulanza.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ħatret inkjesta bl-għajnuna tal-esperti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.