Pulizija ta' 26 sena min-Naxxar sofra grieħi gravi wara li kien involut f'inċident tat-traffiku li seħħ f'Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta' nofsinhar fi Triq l-Imdina, bejn mutur li kien misjuq mill-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku u karozza misjuqa minn raġel ta' 45 sena minn Santa Venera.
Fuq il-post issejħet għall-assistenza ta' tim mediku li ħadu lill-kuntistabbli għall-kura l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.