Raġel ferut wara sparatura f'Burmarrad

L-aggressur ħarab minn fuq il-post b'vettura

Raġel qed isofri minn ġrieħi ħfief wara li darab meta ntlaqat minn tiri ta' arma tan-nar. 

Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-11.30 ta' filgħaxija fi Triq Burmarrad fin-Naxxar, wara argument jaħraq li nqala' bejn tliet irġiel.

Jidher li wieħed mill-irġiel allegatament spara xi tiri lejn l-irġiel l-oħra u laqat raġel ta' 43 sena minn Raħal Ġdid, li aktar tard iddaħħal l-isptar.

Ir-raġel li spara t-tiri ħarab minn fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ. 

More in Kronaka