Illum, għall-ħabta ta' 12.00 p.m, il-Pulizija ġew infurmati li kienet għadha kemm seħħet serqa minn banka tal-lottu fi Triq Raħal Ġdid, Ħal Tarxien.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li żewġt irġiel mgħammda u li wieħed minnhom allegatament kien armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħlu fil-banka tal-lottu u talbu l-flus lill-impjegata, mara ta’ 50 sena residenti n-Naxxar kif ukoll lill-mara ta’ 67 sena residenti Ħal Tarxien, li dak il-ħin kienet prezenti.
Il-ħallelin irnexxilhom jaħarbu minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.