Hekk kif dħalna fil-jiem tal-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-Korp tal-Pulizija ħareġ filmat sabiex ikompli javża lil min beħsiebu jixrob biex jevita li jsuq ħalla ma jkunx ta’ periklu għal ħaddieħor u lanqas għalih innifsu.
Aktar kmieni dan ix-xahar, l-ILLUM irrappurtat kif inċident tat-traffiku jista’ jħarbat ir-riserva tad-demm għaliex f’ċertu inċidenti, pazjent jaf ikollu l-bżonn ta’ bejn ħames jew għaxar boroż tad-demm.
Mill-istatistika tal-NSO għall-2016, jirriżulta li s-sena li għaddew seħħew 121 inċident f’Diċembru, li minnhom wieħed kien fatali.