Ir-riħ qawwi jċaqlaq ajruplan fl-ajruport

Jibqa' dieħel f'uffiċċju fin-naħa l-oħra tat-triq

Ajruplan tat-tip Dassault Falcon 7X ħareġ mir-‘runway’ ta’ wara fiż-żona magħrufa bħala apron 4 fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u baqa’ dieħel f’uffiċċju ta’ Polidano Group f’Ħal Farruġ.

Stqarrija tal-ajruport issostni li l-ajruplan iċċaqlaq minħabba r-riħ qawwi li kien hemm matul il-lejl li għadda.

Fuq il-post waslu membri tas-sigurtà u tat-tifi tan-nar bħala miżura ta’ sigurtà.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċidenti.

Maltatoday qed tirrapporta li l-ajruplan huwa tal-eksdeputat Chairperson tal-Partit Konservattiv Michael Ashcroft.

More in Kronaka