Priġunerija wara li ta daqqa ta' sikkina

Żagħżugħ mill-Gana ta' daqqa ta' sikkina lil raġel li kien jgħix miegħu fl-istess appartment 

Żagħżugħ ta’ 19-il sena mill-Gana ingħata s-sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija wara li f’argument darab serjament raġel ta’ 34 sena li kien jgħix miegħu fl-istess appartament.

Meta oriġinarjament iż-żagħżugħ kien tressaq il-Qorti aktar kmieni x-xahar li għadda, huwa kien sostna li ma kienx ħati tal-akkużi mressqa kontrih iżda aktar tard stqarr li kien ħati.

Fil-Qorti xhud qal li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fil-Knisja tan-Naxxar meta sema’ liż-żewġt irġiel jiġġieldu u ddeċieda li jintervjeni biex jikkalmahom meta ra lill-akkużat b’qasba f’id u sikkina fl-id l-oħra. Intqal li ra lill-akkużat iweġġa’ lill-vittma b’daqqa ta’ sikkina f’rasu.

Huwa ħarab minn fuq il-post, bix-xhud jiġri warajh sakemm irnexxilu jwaqqfu.

Il-vittma stqarr li daqs tliet xhur qabel, l-akkużat kien diġà tah daqqa ta’ ħarta f’argument ieħor li kellhom bejniethom.

Il-Qorti ddeċidiet li minħabba l-akkuża gravi, l-akkużat kellu jingħata sentenza ta’ priġunerija effettiva.

More in Kronaka