Il-Pulizija qiegħda tfittex raġel Taljan b'rabta ma' każ ta' sparatura li seħħet nhar it-12 ta’ Diċembru, 2017, ġewwa Triq Burmarrad, in-Naxxar.
Is-suspettat huwa Damiano Alfio Rannisi Torrisi, Taljan ta’ 39 sena.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 119 / 21 224001 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
Dakinhar wieħed mill-irġiel allegatament spara xi tiri lejn l-irġiel l-oħra u laqat raġel ta' 43 sena minn Raħal Ġdid, li aktar tard iddaħħal l-isptar.
Ir-raġel li spara t-tiri ħarab minn fuq il-post.