Ġlieda bil-fliexken tal-ħġieġ f'Paceville minħabba tfajla

Żagħżugħ Żabbari jispiċċa l-Qorti u taħt ordni ta' superviżjoni wara li attakka tnejn li kienu qed jaqdbu mat-tfajla tiegħu

Raġel kien mressaq il-Qorti llum u akkużat b'attakk fuq żewġt'irġiel bl-użu ta' flixkun tal-ħġieġ, minħabba tfajla. L-akkużat, żagħżugħ ta' 22 sena minn Ħaż Żabbar kien akkużat illi kkawża ġrieħi gravi lill-irġiel b'oġġett, li heddu u li kiser il-paċi pubblika, f'Paceville nhar il-Erbgħa li għadda. 

Kien akkużat ukoll illi kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien tal-arrest u li weġġa lil mara b'mod gravi fit-30 ta' Ottubru li għadda. 

Iż-żagħżugħ huwa mifhum li attakka lill-vittmi bi flixkun imkisser wara li dawn ippruvaw jittantaw lill-għarusa tiegħu f'Paceville. L-akkużat spiċċa bi snienu mkissrin filwaqt li kien fil-ġlieda. 

Il-Maġistrat Anthony Vella ħeles lill-akkużat mill-arrest b'garanzija personali ta' €500. Huwa kien ordnat biex ma jersaqx lejn Paceville u tpoġġa taħt ordni ta' superviżjoni. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta' protezzjoni. 

 

More in Kronaka