Raġel isofri ġrieħi gravi wara li jitlef il-kontroll tal-karozza

L-aċċident seħħ kmieni filgħodu fl-Imsida...

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Illum għall-ħabta tal- 05:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Reġjonali, l-Msida. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li raġel ta’ 29 sena, residenti l-Msida, tilef il-kontrol tal-vettura tiegħu Peugeot 206 u nqeleb.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

 

More in Kronaka