Kien rapport falz, dak li wasal għand il-Pulizija dalgħodu li kien hemm bomba fi stabbiliment tal-McDonald’s fi Spinola f’San Ġiljan.
Il-Pulizija waslilhom ir-rapport għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu u marru immedjatament fuq il-post.
Issejħet ukoll l-assistenza tat-Taqsima tal-Klieb u l-Forzi Armati ta’ Malta mit-Taqsima ta’ Kontra l-Isplussivi.
Il-persuni li kienu fl-istabbiliment tal-ikel ġew evakwati u t-triq ingħalqet għal xi ħin.
Wara tfittxija li saret mill-Pulizija ma rriżultax li kien hemm bomba.
Is-sitwazzjoni fl-inħawi rritornat għan-normal u t-triq reġgħet infetħet għat-traffiku.