Tarbija ta’ ftit xhur u tliet tfajliet kellhom jingħataw il-kura fl-isptar Mater Dei wara li kienu nvoluti f’argument li nqala’ fil-Ħamrun.
It-tfajliet, li l-etá tagħhom tvarja minn 18 sa 26 sena kienu nvoluti f’argument bejn żewġ familji li seħħ fi Triq Joseph Abela Skolaro għall-ħabta tas-6.15 tal-bieraħ filgħaxija.
Jirriżulta li waqt il-ġlieda saret ħsara fuq karozza li kienet ipparkjata, bil-Pulizija jwettqu numru ta’ arresti, filwaqt li oħrajn ħarbu.
Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll ta’ tim mediku b’ambulanza li ħadu li dawk midruba għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.