L-2017 kienet waħda mill-aktar snin impenjattivi għal tad-Dwana, minħabba diversi qabdiet ta' oġġetti jew anke flus li kienu se jidħlu Malta illegalment. L-akbar qabda tad-Dipartiment tad-Dwana kienet dik ta' 300 kg ta' kokaina, li fil-fatt tibqa' l-akbar qabda ta' kokaina f'pajjiżna matul is-snin.
Apparti dan iżda, fi stqarrija, d-Dipartiment tad-Dwana qed ifakkar ukoll kif matul l-2017 instabu €234,295 fi flus kontanti li ma kienux iddikjarati u kważi 20 miljun sigarett tal-kuntrabandu li kienu deħlin pajjiżna.
Id-Dipartiment żamm milli jidħlu pajjiżna 32 miljun oġġett użat bħala mediċina li huwa illegali.
Il-qabdiet seħħew mill-portijiet, l-ajruport, Freeport kif ukoll minn xi ħwienet.