Ħadd ma jweġġa wara li partijiet mill-impjant ta' Sant'Antnin jieħu n-nar

Bħala prekawzjoni l-ħaddiema li kienu qegħdin jaħdmu f’din is-sezzjoni ġew evakwati u ntalbet l-assistenza minnufih tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Wasteserv , fi stqarrija qalet lli għall-ħabta tal-4:15pm ġew ikkawżati nirien f’sezzjoni żgħira fl-impjant eżistenti ta’ Sant Antnin f’Wied il-Għajn li ġew ikkontrollati wara siegħa.

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru fuq il-post jidher illi dan in-nar ġie kkawżat minn għodda industrijali li kienu qegħdin jitħaddmu viċin sezzjoni taħt l-art fejn fl-imgħoddi kien jinġabar iż-żibel għall-ipproċessar. Bħala prekawzjoni l-ħaddiema li kienu qegħdin jaħdmu f’din is-sezzjoni ġew evakwati u ntalbet l-assistenza minnufih tal-Protezzjoni Ċivili.

Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident u l-operat fi ħdan l-impjant tal-Wasteserv ġewwa Marsaskala kompla għan-normal hekk kif ġie identifikat li ma hemm l-ebda periklu għas-saħħa tal-ħaddiema. 

More in Kronaka