Ħelsien mill-arrest wara li heddidha b'sikkina u bi vjolenza fuq familtha

Il-vittma dehret quddiem il-Qorti dalgħodu b'wiċċha mbenġel...

Arkivji
Arkivji

Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat illi attakka lil martu b'sikkina, f'dak illi jidher li huwa każ ieħor ta' vjolenza domestika. 

L-akkużat li għandu 36 sena u li ismu ma jistax jixxandar b'ordni tal-Qorti kien mressaq quddiem il-Maġistrat Monica Vella, akkużat li attakka lill-mara u kkawżalha ġrieħi ta' natura gravi. Kien akkużat ukoll illi heddidha b'sikkina u bi vjolenza fuqha u fuq il-familja tagħha. 

Kien akkużat ukoll illi huwa riċediv. 

L-Avukat tal-Għajnuna Legali Benjamin Valenzia spjega kif dawn it-tnejn kienu argumentaw dwar flus hekk kif kellhom diffikultajiet finanzjarji li jmorru lura s-snin. L-akkużat wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrieh.  

Il-Qorti ordnat li r-raġel jingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta' €500. Ordnat ukoll li jkun hemm ordni ta' protezzjoni għall-mara, li quddiem il-Qorti dehret bit-tbenġil fuq wiċċha.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet minn Charlotte Curmi filwaqt li l-Avukat Alfred Abela deher għall-vittma. 

 

More in Kronaka