Aġġornata | Ġlieda kbira quddiem il-Knisja tal-Qawra tqajjem kommossjoni

Ftit mumenti ilu ġlieda quddiem il-Knisja tal-Qawra...

Il-Knisja tal-Qawra
Il-Knisja tal-Qawra

Ftit tal-ħin ilu jidher illi ġlieda qajmet kommossjoni kbira fiż-żona ta' madwar il-Knisja tal-Qawra.

Persuni li ċemplu lil dan is-sit qalu illi fit-triq ta' ħdejn il-knisja qam agħa kbir u saħansitra bdew jinstemgħu nies jiġġieldu u ftit wara sireni mill-karozzi tal-Pulizija. 

Il-Pulizija ssejħet fuq il-post biex tikkalma is-sitwazzjoni.

F'kuntatt mad-Dipartiment tal-Midja tal-Korp tal-Pulizija intqal lil dan is-sit illi issa kollox mar lura għan-normal u li ħadd ma weġġa fl-argument. 

 

 

 

More in Kronaka