Illum għall-ħabta tal-4:30 pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Notabile, Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Piaggio Vespa li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 45 sena, residenti l-Pieta’ u karozza tal-għamla Daihatsu Sirion misjuqa minn mara ta’ 21 sena residenti n-Naxxar.
Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja