Iffirmat il-ftehim kollettiv bejn l-Air Malta u l-ALPA
Dan wara li l-ġimgħa l-oħra kien hemm theddid ta' azzjonijiet industrijali
More in Kronaka
Dan wara li l-ġimgħa l-oħra kien hemm theddid ta' azzjonijiet industrijali
Ġie ffirmat l-ftehim kollettiv li ntlaħaq bejn l-Air Malta u l-Unjin tal-Bdoti (ALPA). Dan wara li l-ġimgħa l-oħra 90% tal-bdoti kienu approvaw il-ftehim il-ġdid li kien maqbul bejn l-ALPA, l-Air Malta u l-Gvern.
F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi faħħar il-prestazzjoni tal-linja nazzjonali tal-ajru u sostna li b'dan il-ftehim il-ġdid il-kumpanija m'għandiex skużi sabiex tkun tista' tikber. Mizzi sostna li l-enfasi partikolari tal-kumpanija se jkun il-lat kummerċjali u li "l-Air Malta issa għandha direzzjoni ċara ta' pjan kummerċjali."
Intqal ukoll li sas-sajf li ġej l-Air Malta se tkun qegħda tħares li żżid ajruplan ieħor mal-flotta tagħha, b'hekk din se jkollha l-10 ajruplan.
Min-naħa tiegħu, ċ-Chairman tal-Airmalta Charles Mangion saħaq fuq l-importanza li "din il-kumpanija nazzjonaliza u katalista, tikber u tissaħħaħ." Issa wasal il-waqt li flimkien naslu għall-oġġettivi tal-kumpanija, li mhux biss ikollha 9 ajruplan iżda jkollha l-10 u l-11-il ajruplan, li jiżdiedu r-rotot lejn l-Afrika u b'hekk verament nkunu nistgħu nsiru l-linja tal-ajru tal-Meditteran."
Il-bdot James Fenech f'isem l-ALPA qal li wara negozjat twal issa kulħadd seta' jikkonċentra fuq xogħlu "l-bdoti jtajru l-ajruplani u l-Air Malta ssib rotot ġodda."