Raġel ta’ 29 sena residenti Ħad-Dingli sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ ilbieraħ fil-11.30 ta’ bil-lejl meta r-raġel kien qed isuq il-mutur fi Triq Ganu f’Birkirkara u kellu impatt ma karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena min-Naxxar.
Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura.
Iż-żagħżugħ ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan l-inċident għadhom għaddejjin.