Raġel Libjan jinża għarwien quddiem il-Maġistrat

....u dalgħodu jinstab ħati u jeħel xahrejn ħabs 

Mhi xena komuni xejn fil-Qorti, f'ambjent ta' serjetà u sobrjetà imma ġrat!

Raġel Libjan, waqt li kien quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli, neża' l-ħwejjeġ sakemm kien għarwien. Fl-awla u fil-post kien hemm seba' uffiċjali tal-Pulizija li rawh iwettaq dan l-att. 

Dan il-każ seħħ nhar is-7 ta' Novembru li għadda. 

Dalgħodu r-raġel ta' 35 sena deher quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud. 

Huwa nstab ħati u ntbagħat xahrejn ħabs.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet minn Priscilla Caruana Lee. 

 

 

More in Kronaka