Ilbieraħ għall-ħabta tad-21:30 lbieraħ, il-Pulizija mill-Għassa tal-Qawra, bl-assistenza tar-Rapid Intervention Unit u s-sezzjoni tal-Klieb, wettqu rejd ġewwa residenza li tinsab fi Triq il-Mazzola, San Pawl il-Baħar.
Waqt it-tfittxija, instabu diversi oġġetti relatati mat-traffikar u t-teħid tad-droga, fosthom miżien elettroniku, kif ukoll madwar 20 gramma sustanza susepettata kokaina li kienet imqassma f’żewġ boroż, flimkien ma’ traċċi ta’ sustanza suspettata eroina.
Sid ir-residenza, flimkien ma’ ħamest irġiel u mara, li l-eta’ tagħhom tvarja bejn 33 u 55 sena, ġew arrestati waqt dan ir-rejd.
Fuq il-post issejjħet ukoll l-assistenza tal-Animal Welfare, peress li ġo l-imsemmija residenza, kien hemm ukoll xi klieb.
Investigazzjoni mill-Pulizija tal-Għassa tal-Qawra għadhom għaddejjin, filwaqt li sid il-post mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.