Ħaddiem qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ċediet bih gallarija f'Tas-Sliema.
Il-każ seħħ ftit qabel nofsinhar fi Triq l-Imrabat.
Mill-ewwel informazzjoni, jirriżulta li r-raġel, li għandu 23 sena u huwa Serb, waqa' madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fl-istess gallarija.
Huwa ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
Yendrick Cioffi studja l-ġurnaliżmu fl-Università ta' Malta fejn kiseb Baċċellerat bl...