Bżonn urġenti ta' demm O positive

L-għoti tad-demm jista' jsir kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' Gwardamanġa

Is-Servizz Nazzjonalia tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella għad-donazzjoni tad-demm O positive, wara li r-riserva naqset mhux ħażin fl-aħħar jiem.

Fi stqarrija, is-servizz spjega li jekk ir-riserva tibqa’ baxxa, se jkun hemm problema għal dawk il-pazjenti kollha li se jiġu bżonn id-demm illum u anke fil-jiem li ġejjin.

Fakkar ukoll li dan il-messaġġ huwa indirizzat primarjament għal dawk kollha li huma b’saħħithom.

Ħeġġeġ ukoll lill-familjari u lill-ħbieb ta’ dawk il-pazjenti li se jiġu bżonn trasfużjoni tad-demm biex ikunu huma l-ewwel li jagħtu l-ewwel daqqa t’id.

Appella għas-sewqan bil-galbu u bil-għaqal, partikolarment waqt ix-xita biex jiġu evitat inċidenti li jkomplu jagħmlu s-sitwazzjoni preżenti aktar diffiċli.

L-għoti tad-demm jista’ jsir kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8:00 am sas-6:00 pm.

Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità, il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.

Xerred dan l-artiklu biex dan il-messaġġ jasal għand kemm jista’ jkun nies.

 

More in Kronaka