Raġel imut u mara tweġġa' wara li siġra waqgħet fuq il-vettura

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa

Ritratt - MRTU
Ritratt - MRTU

Sewwieq tilef ħajtu u mara li kienet passiġġiera miegħu weġġgħet wara li siġra tqaċtet u waqgħet fuq il-karozza li kienu fiha.

L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq Notabile, l-Imrieħel, għall-ħabta tas-6:30.

Għadu mhux magħruf jekk is-siġra tqaċtitx għax il-vettura daħlet fiha jew inkella minħabba r-riħ.

Ir-raġel li tilef ħajtu kellu 38 sena u l-passiġġiera għandha 32 sena u t-tnejn jogħodu l-Mosta.

Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa.

More in Kronaka