L-anzjan li għandu 79 sena ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post
Anzjan tilef ħajtu wara li żelaq fi Triq ix-Xatt fl-Isla.
Skont il-Pulizija, l-anzjan li għandu 79 sena, ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Pulizija kienet infurmata għall-ħabta tad-9:30am u malli waslet fuq il-post sabet lill-anzjan mixħut fl-art.
Għalkemm issejjaħ tim mediku, l-anzjan kien laħaq miet.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejja.