Ilbieraħ waranofsinhar seħħet ġlieda bejn għadd ta’ rġiel fi Triq Kelinu Cachia f’Ħal Tarxien.
Il-Pulizija ġiet infurmata bil-każ madwar tmien sigħat wara u rriżulta li seħħet ġlieda bejn raġel ta’ 36 sena residenti Ħal Tarxien, raġel ta’ 42 sena residenti Ħal Qormi u raġel ieħor ta’ 68 sena residenti Ħal Tarxien u għadd ta’ rġiel oħra.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lill-persunil-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa.
Aktar tard, ir-raġel ta’ 36 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji, ir-raġel ta’ 42 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li r-raġel ta’ 68 ma sofra l-ebda ġrieħi.
Erba’ persuni li allegatament kienu involuti f’dan l-argument ġew mizmuma mill-Pulizija biex jgħinu fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.