Aġġornata | Jiefqu t-titjiriet wara n-nirien fl-MIA
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident
More in Kronaka
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident
Ħaddiema u passiġġera kellhom jiġu evakwati mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara nirien li ħakkmu l-bejt tat-terminal tal-wasliet.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kkonferma wkoll li għalissa t-titjiriet kollha ġew sospiżi u titjriet li kellhom jaslu Malta qed jinżlu f'ajruporti oħra.
Il-passiġġieri huma mħeġġa jiċċekkjaw l-informazzjoni dwar it-titjira tagħhom fuq is-sit tal-MIA.
Is-servizzi tat-tifi tan-nar tal-Ajruport marru minnufih fuq il-post u kkontrollaw in-nirien.
Ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
L-MIA qalet li filwaqt li s-sigurtà u s-saħħa tal-passiġġiera u l-ħaddiema tibqa’ prijorità, qed taħdem biex is-sitwazzjoni terġa’ lura għan-normal malajr kemm jista’ jkun.