Isofri ġrieħi gravi wara li skidja bil-mutur

L-inċident seħħ illum fi Triq il-Kosta, in-Naxxar

Raġel qed isofri ġrieħi gravi wara li skidja bil-mutur fin-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs, meta l-Pulizija kienet infurmata li żewġt sewwieqa skidjaw bil-mutur fi Triq il-Kosta.

Ir-Raġel ta’ 59 sena li huwa residenti Ħaż-Żabbar ittieħed l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa, bis-sewwieq l-ieħor, raġel ta’ 53 residenti l-Gudja ma jsofri l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

More in Kronaka