Raġel qed isofri ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura lbieraħ filgħaxija fil-Furjana.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:45pm f’Saint James Ditch.
Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li r-raġel, li għandu 55 sena mill-Pieta, għal xi raġuni safa’ milqut minn vettura misjuqa minn mara ta’ 47 mill-Mosta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.