Anzjan ta’ 73 sena li kien passiġġier f’karozza weġġa' f'inċident fi Triq l-Imġarr ix-Xewkija.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-vettura kienet misjuqa minn anzjana ta’ 70 sena li għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-karozza u ħabtet ma’ karozza pparkjata.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-anzjan fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-anzjana ma sofriet l-ebda ġrieħi.
L-inċident seħħ illum waranofsinhar għall-ħabta tas-sagħtejn.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.