Qorti | Tifla ta 15-il sena tattakka lill-ommha b'sikkina u theddidha

Tinżamm arrestata fuq elenku twil ta' akkużi filwaqt li l-Maġistrat tordna li tingħata l-għajnuna...

(Arkivji)
(Arkivji)

Tifla ta' 15-il sena inżammet arrestata wara li attakkat u weggħet, anke jekk b'mod ħafif, lill-ommha b'sikkina. Minħabba li t-tifla għadha taħt l-età, ftit li xejn jistgħu joħorġu dettalji tal-każ għalissa. 

It-tifla kienet akkużata quddiem il-Qorti illum li nhar il-21 ta' Frar attakkat u weġġgħet lill-ommha b'sikkina filwaqt li kkommettiet offiża kontra l-Pulizija li kienu qed jaqdu dmirijiethom. Kienet akkużata wkoll li kisret il-paċi pubblika u li għamlet ħsarat fl-għassa tal-Pulizija. 

Hija kienet akkużatha wkoll  illi m'obdietx lill-pulizija u heddet lill-ommha bi vjolenza kontriha u kontra l-familja tagħha. 

Il-Maġistrat Monica Vella ordnat li tul iż-żmien li se tinżamm mill-Pulizija, it-tifla għandha tingħata trattament minn tim professjonali biex ikunu indirizzati "l-ħafna problemi tagħha." 

 

 

More in Kronaka