Karreġġjata magħluqa wara ħabta bejn tliet vetturi f'Tal-Barrani

Tliet vetturi involuti fil-ħabta, waħda minnhom ta' kumpanija tat-tagħlim tas-sewqan...

Il-ħabta f'Tal Barrani...
Il-ħabta f'Tal Barrani...

Ħabta bejn tliet vetturi f'Tal Barrani ftit tal-ħin ilu wassal biex ingħalqet il-karreġġjata li tmur minn naħiet ta' Marsaxlokk/B'Buġia/Żejtun għal Raħal Ġdid u l-Marsa. 

Kif jixhed dan ir-ritratt, f'dan l-aċċident li seħħ mumenti ilu kienu involuti tliet vetturi; żewġ trakkijiet, wieħed minnhom tal-Wasteserv u karozza ta' kumpanija tat-tagħlim tas-sewqan. 

Dan is-sit huwa infurmat li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident u li l-Pulizija tinsab fuq il-post biex terġa tiftaħ din il-parti tat-triq hekk kif inħoloq serbut twil ta' karozzi.  

More in Kronaka