Mietet iż-żagħżugħa ta' 28 sena li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum fil-Bajja tax-Xwieni Marsalforn.
Iż-żagħżugħa, mill-Ġermanja, ttieħdet l-Isptar għall-ħabta tas-2:30 ta' waranofsinhar fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda f’qagħda kritika.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr J Vella Cuschieri LL.D li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Intant il-ġurnata tal-lum kienet immarkata bis-sejba ta' tnejn minn nies mejta, f'Għawdex, kif ukoll l-arrest ta' disa' persuni akkużati fuq traffikar tal-bnedmin.
Apparti minn hekk, dan is-sit irraporta wkoll żewġt'inċidenti, wieħed f'Tal Barrani li ħoloq konġestjoni kbira fl-istess triq u inċident ieħor fil-Mosta.