Żagħżugħa taqa' żewġ sulari għal ġo xaft ta' appartament

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:45am fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan

Żagħżugħa qed isofri minn ġrieħi sejri wara li waqgħet madwar żewġ sulari ġo xaft ta’ blokka ta’ appartamenti.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-4:45am fi Triq Sant’Andrija, San Ġiljan.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku minn Mater dei u anke membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li għenu biex it-tfajla, ta’ nazzjonalitá Slovakka, tittella’ mix-xaft.

t-tfajla ttieħdet immedjatament l-Isptar fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka