Mara qed issofri ġrieħi serji u raġel qed isofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi fis-sgħat bikrin ta' dalgħodu.
Il-mara li għandha 49 sena u r-raġel li għandu 53 sena mis-Swieqi, kienu t-tnejn li huma fl-istess karozza.
Il-Pulizija qalet li ġiet infurmata għall-ħabta tas-00.45am b’inċident fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.
Il-karozza li ħabtu magħha kienet misjuqa minn Serb ta’ 27 sena residenti l-Ħamrun, li ma sofra ebda ġrieħi.
Miegħu kien hemm mara ta’ 43 sena mill-Ħamrun, li għadha ma ġietx iċċertifikata.
Ritratt: Malta Road Traffic Updates