Jitlef il-kontroll tal-mutur, jaħbat ma' arblu u jsofri minn ġrieħi gravi

L-inċident seħħ fil-Manikata... 

Illum għall-ħabta tal-10:30 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ġewwa Triq  il-Mellieħa, fil-Manikata.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li  raġel Taljan ta’ 50 sena, li jgħix fis-Sannat, sofra xi ġrieħi meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu u ħabat ma` arblu.

Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu lir-raġel l-Isptar Mater Dei. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħd isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

 

 

More in Kronaka