Imut l-attivist kontra l-faqar, x-xellugi u eks-ġurnalist Charles Miceli
Miceli, jħalli din id-dinja ħabta u sabta wara snin jaħdem favur il-fqir u l-batut...
More in Kronaka
Miceli, jħalli din id-dinja ħabta u sabta wara snin jaħdem favur il-fqir u l-batut...
Aħbar kerha ħafna, hekk kif dan is-sit għadu kif kien informat li Charles Miceli, attivist kontra l-faqar f'pajjiżna u wieħed mill-pilastri tal-moviment xellugi, ħalla din id-dinja ftit tal-mumenti ilu.
Charles Miceli, huwa wieħed mill-pijunieri u wieħed mill-ewwel vuċijiet dwar il-kwistjoni tal-kirjiet. Huwa waqqaf il-grupp Alleanza kontra l-Faqar, illi kienet vuċi ewlenija u fost l-aktar voċifera favur dawk kollha li qed jgħixu fil-faqar jew fid-deprivazzjoni. Huwa kien imexxi wkoll il-programm tal-Caritas għall-pruġunieri.
Miceli se jibqa' mfakkar bħala waħda mill-aktar vuċijiet sodi xellugin f'pajjiżna.
Huwa kellu 68 sena u ħalla jibku lill-uliedu u lil martu Pauline Miceli, li hija wkoll il-Kummissarju tat-Tfal.
L-akbar tislima lil Miceli tkun jekk nibqgħu naħdmu kontra l-faqar - PL
Il-Partit Laburista sellem il-memorja ta' Miceli li ddeskrivih bħala bniedem ta’ prinċipji mill-iktar sodi u saħaq li l-ikbar tislima li tista' tingħata lil Miceli għandha tkun li tissokta "il-ħidma kontra l-faqar."
Fi stqarrija fakkar li sa ftit tal-jiem ilu, Charles Miceli kien qed jitkellem mal-Gvern fuq proposti dwar dak li għandu jsir fil-qasam tal-kera.
L-akbar interess għal Miceli dejjem kien il-fqir u l-batut - PN
Min-naħa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista sellem lil Miceli bħala raġel ta' prinċipji sodi u saħaq li l-akbar interess għalih dejjem kien il-fqir u l-batut qabel kull interess politiku.
Filwaqt li wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tiegħu, fakkar fil-ħidma ta' Miceli ma' dawk l-aktar vulnerabbli u fil-kwistjoni tal-prezzijiet tal-kirjiet tal-propjetà.
So saddened to learn that Charles Miceli,a principled and critical voice on the Left,passed away. In all our meetings,I felt challenged,but comforted that ours were genuine arguments between people sharing the same goals of social justice. Our thoughts are with Pauline&family -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) March 9, 2018
Maħsud u xxukjat. Kien biss il-ġimgħa l-oħra li ltqajt ma’ Charles Miceli. Issa sirt naf li għadu kif ħalliena.
— Roderick Galdes (@RoderickGaldes) March 9, 2018
It-telfa ta’ Charles hi telfa għal pajjiż kollu. Kien bniedem ġenwin bi prinċipji sodi xellugin. Tlift spalla u ħabib. Se nimmisjawk żgur Charles. pic.twitter.com/Nulpw9Bg8P
Intant apparti l-partiti, mijiet ta' messaġġi qed jitħallew fil-midja soċjali, li fihom Miceli qed ikun mfaħħar għax-xogħol siewi li għamel tul is-snin.
Nhar il-Ħadd li ġej il-gazzetta ILLUM se tiddedika l-Editorjal tagħha għal Charles Miceli, imma iktar minn hekk għal dak li kien jemmen u għal dak kollu li ġġieled għalih tul ħajtu.