Persuna ġiet arrestata wara li ppruvat iddaħħal pakket imdaqqas ta' droga marijuana.
Uffiċjali tad-Dwana spezzjonaw il-pakkett li wasal Malta mill-Messiku bl-ajru u li kien iddikjarat li kellu fih biss karti u dokumenti.
Iżda, waqt l-ispezzjoni, instab li bejn il-konsenja ta' dokumenti kien hemm moħbi pakkett ieħor b'sustanza suspettuża.
Minn eżami preliminari li għamlu l-Uffiċjali tad-Dwana kien hemm indikazzjoni ċara li s-sustanza setgħet kienet marijuana.
Il-pakkett ġie mgħoddi f’idejn il-Pulizija ta’ Kontra d-Droga, li wara li kkonfermaw fil-laboratorju li tali sustanza kienet marijuana, komplew bl-investigazzjonijiet li waslu għall-arrest tal-persuna residenti San Pawl il-Baħar.