L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq San Luqa f'Ħal Luqa
Anzjan li kien qed isuq mutur qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f’Ħal Luqa.
L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq San Luqa meta l-anzjan ta’ 68 sena mis-Siġġiewi ħabat ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 58 sena minn Ħal Kirkop.
L-anzjan ittieħed immedjatament l-Isptar.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja