Tlieta jweġġgħu f'inċident tat-traffiku f'Ħal Għaxaq

Raġel qed isofri ġrieħi serj, żagħżugħa ġrieħi gravi u oħra ġrieħi ħfief 

Raġel qed isofri ġrieħi serj, żagħżugħa ġrieħi gravi u oħra ġrieħi ħfief wara inċident tat-trafiku li seħħ tard ilbieraħ filgħaxija fi Triq Għar Dalam f’Ħal Għaxaq.

Mill-ewwel informazzjoni jidher li t-tfajla ta’ 24 sena minn Birżebbuġa tilfet il-kontroll tal-vettura u ħabtet ġo xabta ta’ residenza.

Magħha fil-karozza kien hemm tfajla ta’ 26 sena residenti Birżebbuġa u raġel ta’ 32 sena mill-Iżlanda.

Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Deibiex jassistu lill-vittmi.

It-tliet persuni involuti fl-inċident ittieħdu minnufih l-Isptar sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Frendo Dimech LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka