Ilbieraħ, għall-ħabta tas-7:00 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq l-Imġarr, Imġarr, Malta.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarrig preliminari illi sar irriżulta li raġel ta’ 47 sena residenti r-Rabat x’aktarx tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq, tat-tip Toyota Passo, u b’konsegwenza t’hekk inqalbet. Flimkien miegħu fil-vettura kien hemm mara ta’ 49 sena residenti l-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi u r-raġel sofra ġrieħi ħfief
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.