Fl-aħħar ħin qed jinxterdu rapporti ta' nirien fi sptar fil-belt Torka, Istanbul.
Għalkemm id-dettalji għadhom ħerġin, skont l-ewwel rapporti n-nirien inferxu malajr f'diversi sulari.
Minnufih bdew jiġi evakwati l-pazjenti u sa issa għadu mhux magħruf jekk weġġgħux xi persuni.
Jidher li minkejja li kien hemm min bela' xi duħħan, s'issa għadhom ma kienu rrappurtati ebda persuni li tilfu ħajjithom jew li sofrew minn ġrieħi.