Ħaddiem qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa' tliet sulari f'sit tal-kostruzzjoni fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat mal-Illum.com.mt li l-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10:00am.
Aktar tard, Heritage Malta kkonfermat li l-inċident seħħ fil-Berġa tal-Italja u huwa impjegat ta' kuntrattur privat.
Fuq il-post issejħet ambulenza u anke l-Protezzjoni Ċivili.
Tim mediku, flimkien mal-membri tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq il-post, sabiex jassistu lill-vittma.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.