Daħal mgħammad f'ħanut fir-Rabat u seraq il-flus

Iktar kmieni illum fi Triq il-Kulleġġ 

Illum għall-ħabta tas-2:30 pm,  il-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa minn ħanut fi Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 19-il sena residenti l-Mdina. Ir-raġel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr A Vella LL.D, ġie infurmat b’dan il-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka