Filmat | It-tielet vittma tal-kaċċa f'ġimgħa
Bagħdan aħmar kien ferut fl-inħawi tal-Miżieb
More in Kronaka
Bagħdan aħmar kien ferut fl-inħawi tal-Miżieb
Minn meta fetaħ l-istaġun tal-kaċċa, diġà ntlaqtu miċ-ċomb żewġ bagħdan aħmar.
Dan qalitu BirdLife, li fi stqarrija spjegat li lbieraħ, bagħdan aħmar, instab ferut fl-inħawi tal-Miżieb.
BirdLife spjegat li f’din iż-żona ma ssirx kaċċa għas-summien u għalhekk qalet li dan ifisser li min mar biex jikkaċja, mar apposta biex jispara fuq tajr protett.
Skont BirdLife, meta nstab minn ċiklisti, il-bagħdan aħmar kellu tiri fi ġwinħajh. L-aktar ferut kien il-ġewmnaħ lemini.
L-istqarrija tal-BirdLife tfakkar ukoll li apparti dawn iż-żewġ każi, il-BirdLife fakkru li dakinhar li fetaħ l-istaġun, jiġifieri f’Ħadd il-Għid, kien ġie ferut bagħdan abjad, fl-inħawi ta’ Delimara.
Intant, fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali qal li s-sezzjoni tal-infurzar tal-Wild Birds Regulation Unit, flimkien mal-Pulizija tal-ALE, wettqu ’l fuq minn 1,300 spezzjoni madwar Malta (1,040) u Għawdex (332) fl-ewwel ħames t’ijiem tal-istaġun.
Waqt li kienu qiegħdin isiru dawn l-ispezzjonijiet, tneħħew numru ta’ decoys tal-gamiem peress li dawn mhumiex permessibbli f’dan iż-żmien.
L-ALE wettqu wkoll 157 spezzjoni fit-toroq bl-għan illi jiġu vverifikati obbligi legali tal-licenzja speċjali u regolamenti oħra relatati mal-ġarr tal-armi.