Ikla ħabs u €28,000 minn taħt wara serqa minn dar fil-Pietà

...daħlu l-Pulizija f'dar il-bejjiegħ tal-antikità u sabuhom jaqilgħu l-wajers tat-TV

Żewġ ħallelin li nqabdu jisirqu sett tat-televiżjoni minn dar privata, spiċċaw qalgħu 78 xahar ħabsa bejniethom u tilfu €28,000 f'depożitu personali  li kienu tefgħu biex setgħu jingħataw il-ħelsien mill-arrest f'każi preċedenti.

Iż-żewġt'irġiel, wieħed ta' 35 sena u l-ieħor ta' 24 sena inqabdu jisirqu f'dar fil-Pietà, wara li l-ġirien ta' bejjiegħ tal-antikità ċemplu lill-Pulizija. Xħin inqabdu kienu qed jaqilgħu il-wajers tat-televixin. 

Imma apparti t-televizjoni fil-karozza instabu arloġġi, pistoli, laptop u tablet, fil-karozza ta' omm wieħed mill-akkużati. 

 

More in Kronaka