Illum, għall-ħabta tal-ħdax tal-11:00 am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq San Tumas, kantuniera ma’ Triq il-Liedna, il-Fgura.
Il-Pulizija tad-Distrett marret immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li raġel ta’ 30 sena, residenti Birżebbuġa, għal xi raġuni safa milqut minn vettura tat-tip King Long (trasport pubbliku) li kienet qed tinstaq minn raġel Marokkin ta’ 33 sena, li joqgħod Marsaxlokk.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farrugia LL.D, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
Ftit wara l-inċident ir-'response team' tal-Malta Public Transport kienu preżenti fuq il-post. Ix-xufier qed jingħata trattament hekk kif sofra minn xokk.