Għexieren ta’ persuni tilfu ħajjithom meta matul il-lejl li għadda seħħ attakk mill-ajru fuq numru ta’ żoni militari tal-Gvern Sirjan.
Skont l-awtoritajiet Sirjani, l-attakki seħħew fiż-żoni ta’ Aleppo u Hama.
Skont grupp ta’ monitoraġġ ibbażat fir-Renju Unit, minn tal-inqas 26 suldat tilfu ħajjithom, fil-biċċa kbira tagħhom Iranjani.
Għadu mhux magħruf minn wettaq dan l-attakk. Pajjiżi tal-punent u anke l-Iżrael wettqu diversi attakki fuq is-Sirja.
Aktar kmieni dan ix-xahar, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u Franza wettqu attakk mill-ajru fuq tliet faċilitajiet li allegatament kienu jintużaw mill-Gvern Sirjan għall-programm nukleari tiegħu.
L-Iżrael wettqet attakki fuq bażi tal-ajru f’Homs u li fih mietu madwar 14-il suldat.