Bieb ta' dar jieħu n-nar f'Ħal Qormi

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta' filgħodu fi Triq il-Kanuni

Bieb ta' residenza ħa n-nar matul il-lejl li għadda f'Ħal Qormi.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan l-inċident mas-sit illum.com.mt u kollok jindika li l-bieb ingħata n-nar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta' filgħodu fi Triq il-Kanuni.

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara li belgħu xi dħaħen iżda ħadd ma weġġa'.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin

More in Kronaka